Festa Madonna tar-Ruzarju
ta' Fatima

Festa f'qalb il-poplu tal-Pieta'/Gwardamanga

Festa li tant ihobb il-poplu tal-  Pieta'/Gwardamanga ad unur il-Madonna tar-Ruzarju ta' Fatima.

Il-Festa ghas-sena diehla se tigi ccelebrata il-Hadd 16 ta' Mejju 2010.

Viva il-Patruna taghna.

X'hemm gdid ....

Il-Kelma tal-Kappillan - Dicembru 2009/Jannar 2010

Editorjal - 15 ta' Dicembru 2009

 

Bazaar tal-Milied - ritratti fil-photogallery

Il-Kummissjoni Festa tixtieq tirringrazzja lil kull min gie jaghti l-ghajnuna waqt il-bazaar u lil dawk kollha illi taw donazzjoni b'risq il-bazaar u lil dawk illi attendew.

GRAZZI HAFNA

APPELL

 

Ghaddej il-gbir mid-djar b'risq il-festa. Dan id-dhul huwa importanti u utli hafna. Nappellaw ghall-generozita' taghkom.

GRAZZI

Newsletter - ir-raba' harga qed titqassam mal-Flimkien

Il-kumitat prezenti haseb illi jzomm kuntatt haj mal-parruccani matul is-sena kollha. Ghal dan il-ghan bdiet titqassam newsletter fid-djar kollha. Min mhux mill-parrocca imma jixtieq kopja huwa mitlub li jikteb lill-PRO fuq fatimafeast@gmail.com. u dan jibghatlu kopj

Peress illi bhalissa l-guestbook qieghed maghluq, min jixtieq jaghmel xi suggeriment etc  ghandu juza' l-e.mail address li ssemma hawn fuq.

Zmien il-kontijiet u r-rezuluzzjonijiet

 

Resqin b'ritmu mghaggel lejn tmiem sena ohra u lejn bidu ta' sena gdida. Ghal hafna nies, tmiem is-sena jservi biex wiehed jaghmel il-kontijiet .... min finanzjarji, min tal-kuxjenza u aktar. Huwa wkoll zmien sinonimu mar-rezuluzzjonijiet u proponimenti ghas-sena li tkun se tibda.

Anki jekk dan kollu, ghalina d-dilettanti tal-festa, dan normalment naghmluh wara l-festa ta' kul sena, inhoss illi ma naghmlux hazin jekk nibdew nigbdu naqra kontijiet u naraw fejn ahna.

Ma nixtieqx illi nerggha niftah feriti, imma bilfors ikolli nghid illi l-kumitat prezenti, twieled fost hafna kontroversji u l-bidu kien verament iebes. Imma issa nistghu nghidu illi qbadna ritmu tajjeb hafna u ghalkemm ghad fadal problemi xi nsolvi, zgur illi mhux se naqtghu qalbna u qed nahdmu bil-qalb biex il-festa li gejja tilhaq livell tajjeb hafna.

Bhal dejjem, il-problema l-kbira hija l-gbir tal-finanzi imma anki hawn qed nahdmu u nistinkaw biex insolvu din il-problema... ghadna l-boghod biex nilhqu l-mira taghna, imma bil-mod il-mod, u bl-ghajnuna ta' kulhadd, nahseb illi ghandna naslu.

Nahseb illi bhala kumitat, ghandna ghalfejn inkunu sodisfatti bix-xoghol li ghamilna, minkejja l-maltemp illi kellna naffaccjaw.

Rezuluzzjonijiet - zgur li ahna determinati li nkompli nahdmu ghal din il-festa ghaziza ghalina. Zgur li ahna determinati li naghmlu festa tajba u sabiha f'Mejju li gej. Zgur li xejn mhu se jaqtalna qalbna ...... akkost ta' kollox.

Issa int li tqis ruhek dilettant tal-festa, jew thobb il-festa, jew kont taghti s-sehem tieghek ghall-festa, jew int li tista' tghin imma toqghod pass 'l ura...... lest li taghmel din l-istess rezuluzzjoni taghna? Ghandna bzonnok ... tibqax passiv.

D'din l-ahhar kitba ghal din is-sena, f'ismi u f'isem il-Kummissjoni Festa u l-helpers, nixtieq lin-nies ta' rieda tajba, il-festi t-tajba u j'Alla s-sena 2010 tkun wahda tajba ghalina lkoll.

Awguri u tislijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

Grupp dilettanti ta' Fatima fuq:

 

Dawk li jixtiequ jidhlu membri maghna(Grupp dilettanti ta' Fatima), jistghu jaghmlu dan billi jidhlu fuq il-Facebook jew Hi5 jew it-tnejn li huma u nkunu nistghu nzommu kuntatt  haj flimkien u naqsmu l-idejat taghna.

 

Merhba

Merhba f'din is-sit

Dan is-sit huwa ghal dawk id-dilettanti tal-festi, specjalment dawk li ghandhom ghall-qalbhom il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju (Il-Madonna ta' Fatima).

Upcoming Events

No upcoming events

Featured Products

No featured products

Recent Forum Posts

No recent posts